Kuntratt ta’ Servizz għall-Provvista ta’ Servizzi ta’ Trasport bl-Ajru tal-Passiġġieri u l-Bagalji bejn Malta u Għawdex

(RFP NO: MMA01/19)

Malta Air Travel Ltd (Malta Medair) qed tippjana li tintroduċi servizz regolari u skedat ta’ titjiriet bil-ħelikopter għall-passiġġieri bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Ħeliport ta’ Għawdex, u viċi-versa.

Il-ħelikopter mistenni jġorr mill-inqas 15-il passiġġier flimkien mal-bagalji tagħhom.

Il-fornitur tas-servizz mistenni jipprovdi servizzi regolari, adegwati u ta’ kwalità permezz tal-ħelikopter/s tiegħu, bejn iż-żewġ gżejjer.

Dawk interessati jistgħu jitolbu d-dokumentazzjoni tas-sejħa għal proposti billi jibagħtu email fuq: enquiries.gozoairlink@maltamedair.com.

Il-proposti għandhom jaslu fit-18 ta’ Ġunju 2019, strettament bejn id-09:00 u s-14:00, permezz tal-email proposals.gozoairlink@maltamedair.com jew bl-idejn fl-uffiċini tagħna: Malta Med Air Offices – Administration Block A – Aviation Park, Aviation Avenue Luqa 9023 bl-envelopp indirizzat:

“TALBA GĦAL PROPOSTI GĦALL-PROVVIŻJONI TA’ SERVIZZI TA’ TRASPORT BL-AJRU TAL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI BEJN MALTA U GĦAWDEX”

Share This.

Share on linkedin
LinkedIn
Share on reddit
Reddit
Share on twitter
Twitter
Share on facebook
Facebook
Share on email
Email
Share on print
Print